Apple tikkunsidra app tal-iTunes għall-Android

Apple qed tikkunsidra li tagħmel app tal-iTunes għall-Android kif ukoll servizz ta’ streaming on-demand simili ta’ Spotify.
 
X’aktarx li Apple se tagħmel dan għax naqsu dawk li jniżlu mużika minn fuq iTunes. Minflok ħafna qed jippreferu jduru għas-servizz ta’ mużika streamed bħal Pandora, Spotify u Beats Music.
 
Għalkemm għad hemm numru mhux ħażin li qed iniżlu mużika b’mod diġitali, tnaqqis ta’ 1%, jiġifieri ta’ $2.4 billjun juri li n-nies qed jonqsu milli jixtru mużika u qed iduru għal servizz ta’ streaming.
 
Dan wassal lil Apple biex toħloq l-iTunes Radio, li huwa verżjoni ta’ streaming tal-iTunes li jikkompeti direttament ma’ Pandora.
 
Issa Apple qed taħdem fuq app għall-iTunes Radio li tkun tista’ tikkompeti ħafna aħjar minn Pandora.