Apple tiġi mħarrka għax l-iOS 8 kbir wisq

Apple qed tiġi mressqa l-qorti f'California b’kawża dwar l-ammont kbir ta’ spazju li jieħu s-software il-ġdid iOS 8 fuq apparat bħal iPhones, iPad u anke iPods.
Il-kawża fil-qorti tgħid li l-iOS 8 jista’ jieħu sa 23% tal-ispazju li jkun reklamat mal-prodott. Dan isir mingħajr mal-konsumatur ikun infurmat tajjeb li l-ispazju jista’ jonqos b’ammont sostanzjali.
Meta ħareġ dan l-aġġornament fis-software f’Settembru kienu ħafna dawk li ma setgħux iniżżluh minħabba nuqqas ta’ spazju. Fil-fatt wassal biex ħafna konsumaturi jixtru spazju fuq l-iCloud biex jagħmlu wisa’ għall-aġġornament tas-software għall-iOS.