​Apple tieqaf tbigħ l-iPad 2

Mil-lum, il-kumpanija Apple waqfet tbigħ l-iPad 2.
Minkejja li l-iPad 2 ħareġ kmieni fl-2011, Apple baqgħet tbiegħu bi prezz baxx. Fil-fatt minn kemm ilhom fis-suq l-iPad Air, Apple xorta kienet għadha qed tbigħ l-iPad 2 b’inqas minn €300.Issa l-kumpanija se tkun qed tbigħ b’dan il-prezz l-iPad 4.
Din mhix l-unika bidla fil-prezzijiet tal-Apple. F’diversi pajjiżi l-kumpanija qed tbigħ l-iPhone 5C bi prezz imraħħas.