Apple tħabbar li se tnaqqas drastikament il-produzzjoni tal-Iphone X

Apple ħabbret uffiċjalment li fix-xhur li ġejjin se tkun qed tnaqqas il-produzzjoni tal-iPhone X. Dan kien konfermat ukoll mill-Wall Street Journal (WSJ) nhar it-Tlieta fejn kien konfermat ir-rapport li fix-xhur li ġejjin Apple se tipproduċi biss 20 miljun mudell tal-iPhonetal-iPhone X minflok 40 miljun kit kien pjanat oriġinarjament. Skont il-WSJ it-tnaqqis fil-produzzjoni eġie ordnat hekk kif naqas globalment il-bejgħ tal-iPhone X. Bħalissa l-iPhone X hu meqjus bħala l-iktar prodott importanti tal-Apple li għal $1,000 hu l-prodott li ġab miegħu l-ewwel disinn pdid tal-kumpanija f’dawm l-aħħar tliet snin. Għalhekk jekk għandek il-ħsieb li tixtri Iphone X aħjar taħsiblu għax se jkun hemm 20 miljun mudell inqas fis-suq.