Apple tħabbar it-tnedija tal-iTunes 11

Wara ħafna stennija, il-kumpanija Apple ħabbret li l-iTunes11 issa jinsab disponibbli biex jitniżżel fuq il-kompjuters u l-ismart phones kollha.

Oriġinarjament din l-app kellha toħroġ għall-bejgħ f’Ottubru li għaddha. Madanakollu, it-tnedija tal-iTunes11 kellha tiġi posposta minħabba diffikultajiet fl-inġinerija tal-prodott.

Itunes idebutta lura fl-2011 u minn dak iż-zmien ‘il hawn inbidel radikalment hekk kif minn sempliċi music player, żviluppa f’xi ħaġa ferm iktar kumplessa. Filfatt, din l-App tista’ taħżen mhux biss mużika imma anke films sħaħ.