Apple mistennija tagħmel minn kollox biex traqqaq l-iphone b’millimetru

Jidher li Apple għandha mira ċara hekk kif qed tippjana biex toħroġ il-verżjoni li jmiss tal-iphone lejn it-tieni nofs ta' din is-sena.
Fil-fatt il-missjoni tal-kumpanija ġganteska fil-qasam tat-teknoloġija, hija dik li jirnexxielha traqqaq b'millimetru ieħor l-iphone7.
Madankollu s'issa jidher li hija impossibbli li l-verżjoni l-ġdida tkun irqaq mill-iphone6 u allura, l-ewwel li se jitlaq huwa l-jack tal-earphones.
S'issa għadu magħruf iżda jekk il-verżjoni li jmiss tal-iphone hux se jiġi b'wireless earphones li jaħdmu bil-bluetooth jew inkella hux se joħolqu xi ħaġa simili għal-lightning connector li kien ġie intorodott fis-suq lura fl-2012 fuq l-iphone5.