Apple issolvi bug fl-iPhones

Apple għadha kemm ħarġet verżjoni ġdida tal-iOS fuq iPhones u iPads li se twaqqaf milli jikkrexxja l-mowbajl wara li tagħfas fuq link partikolari.
Dawk li jużaw l-iPhones kienu rrappurtaw li l-mowbajl tagħhom qed jikkrexxja wara li jagħfsu fuq links li jieħduhom f’app oħra minflok fuq browser.
Għalhekk Apple, il-Ħamis ħarġet il-verżjoni iOS 9.3.1 biex issolvi din il-problema.
Wieħed jista’ jaġġorna l-mowbajl tiegħu billi jidħol fuq Settings > General > Software Update.