Apple tiġbor elf kilo deheb minn riċiklaġġ b’valur ta’ €35m

Apple ġabret 1,000kg ta' deheb minn riċiklaġġ ta’ aġġeġġi elettroniċi.
L-ammont ta' deheb li ġabret jiswa €35 miljun. 
Is-sena l-oħra l-kumpanija ġabret kważi 41 miljun kg ta’ skart permezz ta’ programmi ta’ riċikaġġ.
Apple ġabret ukoll kważi 28 miljun kg ta' materjal biex jerġa’ jintuża.
Apparti d-deheb hija rkuprat ukoll 3,000kg ta' fidda, 1.3 miljunn kg ta' ram, u 10.5 miljun kg ta’ azzar.
Fir-rapport annwali Environmental Responsibility Report,  Apple qalet li huma jaħdmu biex iżommu l-aġġeġġi milli jmorru fil-miżbliet sabiex ir-riżorsi tagħhom jerġgħu jintużaw.
Tenniet li jridu li dawn l-aġġeġġi jkunu riċiklati sabiex ma jkunux ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Dan isir permezz ta’ Liam, robot li f’sena jiġbor materjali differenti minn 1.2 miljun mobajl .
Ix-xogħol tiegħu huwa li jissepara il-komponenti kollha u b’hekk inaqqas il-ħtieġa li jintużaw aktar riżorsi primarji mid-dinja.
Huwa jopera f’Kalifornja u fl-Olanda.