Apple Cobbler

Ingredjenti

4 tuffiħat kbar, imqaxxra u sslajsjati

45g zokkor ismar

3 mgħaref dqiq plain

nofs kuċċarina kannella

nitfa msiemer tal-qronfol mitħun

2 mgħaref butir kiesaħ

Għall-wiċċ

130g dqiq plain

2 mgħaref zokkor

kuċċarina u nofs baking powder

nofs kuċċarina melħ

45g xaħam

3 mgħaref ħalib

1 bajda kbira

Jekk trid: ġelat tal-vanilla

Metodu

F’bieqja kbira ħallat iz-zokkor, id-dqiq, il-kannella u t-trab tal-imsiemer tal-qronfol.

Żid it-tuffieħ u iksihom bit-taħlita. Poġġi t-tuffieħ f’dixx tal-forn midluk bil-butir u fil-wiċċ poġġi l-butir f’biċċiet żgħar.

It-taħlita għal wiċċ

F’bieqja oħra ħallat id-dqiq, iz-zokkor, il-baking powder u l-melħ. Żid ix-xaħam u aħdem b’idejk sakemm ikollok taħlita tixbah lil frak tal-ħobż.

F’bieqja żgħira ħabbat il-bajda mal-ħalib u żid mat-taħlita tad-dqiq. Aqbad mgħarfa u itfa’ ftit ftit din it-taħlita fuq it-tuffieħ.

Sajjar f’forn temperatura ta’ 170˚Ċ (350˚F) sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehbi, madwar 35-40 minuta.

Jekk tiggosta servi sħuna mal-ġelat tal-vanilla.