Appelli biex tiġi studjata r-rabta bejn il-Covid-19 u l-menopawża

mannequins-wearing-masks-coronavirus-birkirkara-2
Miguela Xuereb

Xi riċerkaturi qegħdin jgħidu li għandha tiġi studjata rabta potenzjali bejn il-Covid-19 u l-menopawża, peress li xi evidenza qed turi li livelli jitbaxxew tal-estroġenu jistgħu jwasslu biex nisa aktar imdaħħlin fl-età jkollhom riskju akbar li jaqbadhom il-virus.

Il-ġurnal Ingliż The Guardian qed jirrapporta li sejbiet bħal dawn wasslu għall-mistoqsija ta’ jekk l-ormoni bħall-estroġenu jistgħux ikunu qed jipproteġu lin-nisa mill-virus, imma meta dawn jibdew jitbaxxew fil-menopawża, jesponu lin-nisa aktar għall-virus.

Dan peress li statistika turi li l-irġiel għandhom riskju akbar li jaqbadhom il-virus u li jmutu bih min-nisa, imma riċerka riċenti qed turi li fin-nisa, l-infezzjonijiet u s-sintomi li jibqgħu preżenti huma aktar komuni fost dawk li jkunu għaddew mill-menopawża.