Appella u ħeles minn disa’ xhur ħabs

Read in English.

Raġel akkużat b’pussess ta’ droga aggravat ġie lliberat minn disa’ xhur ħabs u multa ta’ €800.  Dan wara li nstab mill-Qorti tal-Appell li l-kredibilità ta’ wieħed mix-xhieda kienet dubjuża.

Jonathan Farrugia kien instab ħati li fl-2009 forna jew ipprokura l-kokaina, u li  kellu fil-pussess tiegħu raża tal-kannabis. Farrugia issa weħel multa ta’ €50, għall-pussess biss.

Il-każ idur max-xhieda “mhux kredibbli” li ta Tarquin Vella li kien stqarr li xtara d-droga mingħand l-akkużat fil-festa ta’ Birżebbuġa. Madanakollu, żvela li l-Pulizija fittxew fir-residenza ta’ Farrugia disa’ xhur wara.

Aqra: Kważi jispiċċa jiskonta sentenza ħabs wara li sar żball