Appella biex l-IS jeħilsu lil binhom

Il-ġenituri ta’ Peter Kassig qed jappellaw lill-Istat Iżlamiku biex jeħilsuh.
Nhar il-Ġimgħa filmat ittella fuq l-internet li wera l-qtil tal-Ingliż Alan Henning.
Fi tmiem il-filmat, saret theddida fuq ħajjet l-Amerikan.
Fl-appell tagħhom, il-ġenituri ta’ Kessig qalu li waqqaf organiżazzjoni li tgħin lis-Sirjani u li kkonverta għall-Iżlam.
Il-missier qal li l-vjolenza mhix is-soluzzjoni għall-problemi. Ommu qalet li tixtieq li binha jinħeles sabiex hu jkun jista’ jgħix ħajja li jgħin lill-ħaddieħor.