Appell urġenti minn NGO Maltija tal-annimali

Claws Malta, NGO li tgħin qtates abbandunati sakemm tinstabilhom dar, qed jagħmlu sejħa urġenti għall-għajnuna.

Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook huma qalu li qed jittalbu biex persuni ta’ qalb tajba jaddottaw uħud mill-qtates għax ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda.

Fl-appell tagħhom huma qalu li l-fostering ta’ ħlejjaq hekk hu iktar faċli u ta’ sodisfazzjon ikbar għax wieħed ikun qed jgħin lil dawn il-ħlejjaq fil-bżonn.

We are begging for help! We cannot keep up with the amount of cats that need our help. Please get in touch if you are interested in fostering for us, it is easier than you may think.

Posted by CLAWS shop on Sunday, August 4, 2019