Appell urġenti: L-ewwel ambulanza tal-annimali f’Malta wasal żmienha

L-ewwel ambulanza tal-annimali Maltija waslet fl-aħħar. Dan kien il-messaġġ tal-organizzazzjoni tal-ħarsien tal-annimali ‘Noah’s Ark’.

Wara 12 il-sena servizz jidher li l-vann li ilu jintuża bħala ambulanza qed ikollu bżonn diversi tiswijiet regolari li qed iżidu mal-ispejjeż tal-Għaqda.

Noah’sArk qed tappella biex forsi xi ħadd ikun jista’ jagħti donazzjoni ta’ vann użat biex jintuża bħala ambulanza biex tingħata l-ewwel għajnuna lil annimali fil-bżonn.