Appell urġenti għal demm O positive

Il-bank tad-demm dalgħodu għamel appell urġenti għad-demm O positive.
Il-bank qal li hemm bżonn 50 borża demm kuljum u li r-riżervi huma baxxi ħafna.
Apparti l-50 borża tas-soltu, il-bank appella wkoll biex jimtlew 60 borża oħra b’demm O positive.
Il-bank tad-demm ta’ Gwardamanga, illum se jkun miftuħ illum sas-6.00 ta’ filgħaxija.
Se jkun miftuħ ukoll fil-ġranet l-oħra kollha bejn it-8.00am u s-1.00pm.