Appell urġenti għad-demm tat-tip O-Positive

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ħabbar li bħalissa hemm nuqqas kbir ta’ demm, partikolarment dak tat-tip O-Positive. Intqal li ma hemmx biżżejjed demm sabiex ilaħħaq mad-domanda u sar appell sabiex il-pubbliku ġentilment jirrikorri fiċ-ċentru tad-demm kemm jista’ jkun malajr fl-interess tal-pazjenti li qiegħdin jistennew.

Iċ-Ċentru ta’ Gwardamanga jiftaħ mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8am sas-6pm filwaqt li dak fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt mit-8:30am sal-11:30am.
Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identita’ miegħu.