Ħallew is-siġra tal-Milied mixgħula bil-lejl…ara x’ġaralhom

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=hMtjGfr0tYs]

Siġra tal-Milied ħadet in-nar u qerdet għal kollox is-salott f’residenza fl-Ingilterra.
Wieħed mill-ħafna filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali bħala parti mill-kampanja internazzjonali għas-sigurtà fid-dar juri l-periklu li jista’ jkun ikkaġunat meta wieħed iħalli s-siġra tal-Milied mixgħula għal ħin twil.
F’dan il-filmat partikolari s-salott ħa n-nar f’inqas minn minuta wara li bozoz difettużi saħnu u ħadu n-nar.
Bħala parti minn din il-kampanja l-awtoritajiet internazzjonali qed jappellaw biex għalkemm għandna ngawdugh f’dan iż-żmien, id-dawl tas-siġra tal-Milied ma jitħalliex mixgħul għal ħin twil, partikolarment bil-lejl meta dak li jkun imur jorqod.
Tajjeb li wieħed jieħu ħsieb jiċċekja s-sistema ta’ dawl li jkun qed juża, speċjalment jekk ikun qed juża sett antik.
Bħala miżuri ta' sigurtà wieħed għandu jikkunsidra wkoll li s-siġra tal-Milied ma tkunx għolja żżejjed u bħal dejjem biex dak li jkun ikun preparat f'każ ta' nar, f'kull dar tal-inqas għandu jkun hemm firex extinguisher.