Appell tal-Papa biex illum kulħadd jgħid ir-rużarju fid-9pm

Pope Francis sends a virtual hug after delivering his weekly Angelus prayer via video at the Vatican, March 15, 2020. Vatican Media/­Handout via REUTERS

Fi tmiem l-udjenza ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku qal li kien se jkun qed iħaddan l-appell tal-Isqfijiet Taljani biex illum fid-9pm, għall-festa ta’ San Ġużepp, isir il-qari tar-Rużarju biex Alla jipproteġi lill-bnedmin mill-firxa tal-coronavirus.

Hu wkoll għal darboħra ħeġġeġ għat-talb għal dawk li jaħdmu fil-qasam mediku li jinsabu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra din il-marda u li ta’ kuljum qed jissugraw ħajjithom biex issalvaw lill-oħrajn.

Il-Papa Franġisku wkoll tkellem dwar San Ġużepp fejn stqarr li Alla dejjem kien il-punt ta’ riferiment tiegħu u biex l-Insara jirrikorru għandu fi-talb taghħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Fl-udjenza tiegħu, il-Papa appella wkoll għall-ħniena.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn