Appell tal-Isqfijiet tal-Haiti dwar il-protesti fil-pajjiż

Irvellijiet imdemmija f'Haiti

dawk li qed jipprotestaw fil-pajjiż biex iwaqqfu d-dimostrazzjonijiet vjolenti li ġiebu l-pajjiż għarkubtejh.

Flimkien ma’ mexxejja oħra tal-Knisja, hu appella lill-Gvern biex jagħmel xi ħaġa għax id-dimostrazzjonijiet qed jagħmlu sitwazzjoni li diġa’ hi ħażina, aktar ħażina.

F’kumment lill-Assoċjazzjoni Kattolika “Aid to Church in Need”, l-Isqof Jean appella għall-kalma wara li l-aħħar protesti fil-pajjiż ħalles 17-il persuna maqtula u madwar 200 oħra feruti.

“Li nkissru l-pajjiż m’hix soluzzjoni. Forsi hu mod kif wieħed juri l-frustrazzjoni tiegħu għas-sitwazzjoni, iżda mhux is-soluzzjoni.  Irridu nsibu mod kif nitkellmu u nsibu s-soluzzjonijiet.

Il-pajjiż qed imut

“In-nies ma jistgħux joħorġu minn djarhom. Kulħadd imsakkar id-dar. It-toroq kollha mblukkati. Anke f’każijiet urġenti, l-ambulanzi u l-vetturi ta’ emerġenza ma jistgħux jgħddu mit-toroq.

 “Fil-pajjiż ma hawnx fuel. Is-swieq mhux qed jaħdmu.  L-iskejjel fil-pajjiż kollu huma magħluqa. Is-sitwazzjoni qed tolqot lil kulħadd, lill-pajjiż kollu. Itolbu għalina għax dan il-pajjiż qed imut”, appella l-Isqof.

Ix-xahar li għadda reġgħu bdew protesti kbar fil-pajjiż b’ħafna dimostrazzjonijiet jitolbu għar-riżenja tal-President Jovenal Moise wara akkużi ta’ korruzzjoni kemm ilu fil-poter. Tul it-tmexxija tiegħu l-inflazzjoni splodiet u hemm skarsezzi kbira ta’ oġġetti u riżorsi.

L-Isqof Jean qal li “80% tal-popolazzjoni tal-pajjiż huma bla xogħol meta 65% tal-popolazzjoni huma żgħażagħ. “Il-faqar estrem ma jħalli ebda tama fin-nies”, qal l-Isqof.

Żewġ persuni kienu akkużati li l-Ħadd li għadda sparaw fuq raġel biex jisirqulu l-bicycle li kellu. Il-folla marret għal għal dawn iż-żewġ persuni bil-mannaretti u t-tnejn spiċċaw mejta.

L-Isqof Jean ikkritika l-Gvern u qal li “Minkejja l-appelli ripetuti tagħna f’dawn l-aħħar sentejn, il-politiċi ta’ Haiti ittarrxu. F’Lulju tas-sena li għaddiet diġa’ kien hawn kriżi kbira fil-pajjiż u l-Gvern baqa’ ma għamel xejn”. Hu qal li l-partiti politiċi l-oħra wkoll għandhom jaħdmu biex tinstab soluzzjoni. L-agħar ħaġa hi li ħadd ma jrid jiddjaloga.

Responsabbiltà tal-mexxejja

Fis-27 tax-xahar li għadda, il-Konferenza Episkopali tal-Haiti ikkritikat lill-mexxejja tal-pajjiż u qalet li “Jekk il-pajjiż tagħna qed jaqbad, dan hu kollu responsabbiltà tal-mexxejja.”

Haiti hu l-ifqar pajjiż fil-Punent u fl-2010 ntlaqat minn terremot li qatel aktar minn 160,000 persuna filwaqt li fl-2016 l-urugan Matthew qatel elf persuna oħra.

Għal numru ta’ snin, Aid to Church in Need ipprovdiet għajnuna ta’ emerġenza lill-poplu ta’ Haiti u anke sewwiet knejjes u għanet fil-formazzjoni ta’ qassisin u lajċi.

Min-naħa tiegħu, l-Isqof Jean irringrazzja lill-CAN għall-appoġġ u l-għajnuna li tat lill-pajjiż tul is-snin.