Appell: Riserva baxxa tad-demm

Jekk għandek iċ-ċans li din il-ġimgħa teħodha iktar bil-mod, tajjeb li tiftakar li hemm diversi pazjenti qed jistennew li jingħataw id-demm.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lil dawk kollha li jistgħu jagħtu d-demm speċjalment lil dawk kollha li bħalissa jinsabu jiċċelebraw il-Festa ta’ Santa Marija kif ukoll dawk li jinsabu mistrieħa f’din il-ġimgħa.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Tasfużjoni tad-Demm qal li bħalissa r-riserva tad-demm tinsab baxxa ħafna u għalhekk huwa importanti biex kull min jista’ jagħti d-demm sabiex l-ebda pazjent ma jkollu jistenna biex jingħata d-demm.

Kull min jixtieq jagħti d-demm jista’ jagħmel dan:

  • Kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jkun miftuħ bejn it-8:00am u s-6:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li t-Tlieta 13 t’Awwissu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li l-Erbgħa 15 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Imġarr.
  • fil-mobile blood donation unit li l-Ħadd 18 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Qawra.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li l-Ħadd 18 t’Awwissu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.