APPELL: Qed jinġabru l-flus biex Dan jindifen f’pajjiżu

Id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jiġbru l-flus biex il-ġisem bla ħajja ta' Dan Udrea, li miet ilbieraħ meta waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu fl-Imrieħel, ikun jista’ jindifen f'pajjiżu, ir-Rumanija.
Dan ħabbru l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon fuq Facebook, li qal li ġie mgħarraf b’dan il-ġest li qed isir biex ir-Rumen jindifen qrib il-familja tiegħu.
Appella wkoll lill-pubbliku biex jikkuntattjah jekk jixtieq jikkontribwixxi għal dan l-għan.
Wieħed jista' jħalli d-donazzjoni tiegħu hawnhekk: