Appell minn żgħażagħ bid-dyslexia biex eżamijiet isiru b’mod orali

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, wara laqgħa ma’ grupp ta’ żgħażagħ li jsofru bil-kundizzjoni tad-dyslexia, li jsejħu lilhom infushom Dyslexic Teens Dialogue, fil-ftuħ tal-Parlament illejla wassal l-appell taż-żgħażagħ biex eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC isiru b’mod orali għal min ibati b’din il-kundizzjoni.
L-Ispeaker, li ddeskriva l-laqgħa li kellu bħala waħda “interessanti ħafna”, ippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’informazzjoni dwar din il-kundizzjoni u talab lill-Membri tal-Kamra biex jekk jaqblu mal-proposta taż-żgħażagħ, li hu ressaq f’isimhom, jiffirmaw il-petizzjoni.