Appell mill-Pulizija: Attent jekk tirċievi telefonata bħal din

Read in English.

Attent jekk tirċievi telefonata minn numri lokali fejn min iċempel jgħidlek li qed iċempillek mid-Dipartiment tat-Taxxi.

Il-Pulziija ħarġet avviż fuq Facebook tinforma lill-pubbliku li qed isiru telefonati foloz b’intenzjonijiet li jiffrodaw lil dak li jkun. Meta wieħed jirċievi telefonata bħal din qed jgħidulu li d-Dipartiment tat-Taxxi qed jagħti xi ħlasijiet lura tat-taxxa jew ħlasijiet marbuta mal-COVID-19, bl-intenzjoni li tagħtihom id-dettalji bankarji tiegħek biex attaparsi jibgħatulek il-flus.

Il-Pulizija tfakkar li wieħed qatt m’għandu jagħti d-dettalji personali u bankarji tiegħu fuq it-telefown.

⚠️Beware of unsolicited telephone calls received through local numbers where the caller pretends to be calling on behalf…

Posted by The Malta Police Force on Thursday, August 20, 2020