Appell mill-Pulizija: Attent jekk se tgħaddi mill-Marsa

Il-Pulizija qed tappella biex kull min se jgħaddi mill-Marsa fil-ħin li ġej joqgħod attent.
Dan hekk kif hemm diversi dwal tat-traffiku fl-akwati li mhumiex jaħdmu.
Mill-mappa jidher li l-akwati l-aktar affettwati huma dawk viċin taċ-ċimiterju tal-Addolorata, madanakollu l-Pulizija appellat biex kulħadd isuq bil-galbu hekk mif it-traffiku jista’ jkun affettwat sal-lokalitjiet tal-viċinanzi.