Appell mill-PD biex il-Maltin ta’ barra jivvutaw bla ma jiġu Malta

Il-Partit Demokratiku appella biex l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jiġi emendat biex b’hekk iċ-ċittadini ta’ Malta li jgħixu barra jkunu jistgħu jivvuttaw mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġu Malta.

Fi stqarrija l-PD saħaq li dan huwa l-pass li jmiss biex b’hekk kull ċittadin Malti jkun jista’ jipparteċipa fl-elezzjonijiet mingħajr ma jkollu jiġi hawn.

Is-Segretarju Parlamentari u l-Kandidat tal-PD Martin Cauchi Inglott fakkar li sitt snin ilu ż-żewġ partiti kienu qablu li għandu jkun hemm mod iktar faċli kif il-Maltin jgħixu barra jkunu jistgħu jivvuttaw. Sostna li s’issa għadu ma sar xejn.