​Appell lis-saċerdoti: “Iddiżinfettaw idejkom qabel tqaddsu”

L-arċiprieti, il-kappillani, ir-retturi tal-Knejjes u s-superjuri reliġjużi qed jiġu mħeġġa biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw dak kollu li b’xi mod jista’ jxerred il-mard.
F’ċirkulari mibgħuta mill-Vigarju Ġenerali, saret enfażi biex dan isir speċjalment fejn jinġabru għadd kbir ta’ nies bħall-knejjes jew swali tal-Knisja.
X’għandhom jagħmlu qabel u waqt il-quddiesa?
Min jiċċelebra l-Quddiesa għandu jassigura ruħu li jkun iddiżinfetta jdejh sewwa qabel ma tibda l-Quddiesa u, f’każ ta’ bżonn, qabel jibda jqarben. Dan japplika wkoll għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, kif diġà hi drawwa regolari, li jassiguraw li jiddiżenfettaw idejhom qabel ma jqarbnu.
Fl-istess waqt il-Vigarju Ġenerali appella għat-talb għal dawk morda kif ukoll għal dawk li jikkurawhom u jduru bihom, kemm fid-djar kif ukoll fl-isptarijiet.