Appell lir-Renju Unit dwar qbil mal-UE fuq protezzjoni soċjali u azzjoni fuq il-klima

European Commission President Ursula von der Leyen arrives at the European Parliament ahead of a debate on the future partnership with the UK in Strasbourg, France, February 11, 2020. REUTERS/Vincent Kessler

Read in English.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen faħħret lil Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li ddikkjara l-ambizzjonijiet tal-gvern tiegħu dwar il-protezzjoni soċjali u azzjoni dwar il-klima u spjegat li għandha tkun il-bażi tar-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja. 

Von der Leyen spjegat li mhux il-waqt li wieħed iniżżel il-livell ta’ attenzjoni fuq il-protezzjoni soċjali jew ikun biered dwar il-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-azzjoni neċessarja.

Von der Leyen kienet qed titkellem waqt is-seduta tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, meta qalet li d-diskors fuq is-suġġett li għamel Boris Johnson, kien wieħed ta’ min ifaħħar u għandu ikun il-bażi li fuqu jkun hemm qbil formali dwar l-għanijiet komuni.