Appell lil Miriam Dalli biex tagħti l-appoġġ tagħha lill-ambjentalisti

Wara li l-Ħamis li għadda ġiet approvata l-permess biex tinbena pompa tal-petrol f’Burmarrad, l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna appellat lill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli sabiex tagħti l-appoġġ tagħha lill-ambjentalisti.

Huma talbu lil Dalli sabiex tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jirrevedi l-politika dwar il-pompi tal-petrol u jkunu konformi mal-istrateġija Ewropea tal-2030 dwar it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-karbonju fl-arja.

L-għaqda qalet li Miriam Dalli hija protagonista f’din l-istrateġija u għalhekk għandha twassal il-messaġġ tagħha lill-Gvern. Semmew kif Miriam Dalli qed taspira li l-Ewropa tkuin eżempju għad-dinja biex taqleb għal karozzi li jaħdmu b’livell baxx ta’ karbonju jew xejn.

Ara: Approvata pompa tal-petrol oħra, ġranet qabel tinbidel il-liġi