Għal dan il-Milied, Aid to the Church in Need (Malta) qed tistieden lill-familji f’Malta u Għawdex biex jaqsmu l-ferħ tal-Milied tagħhom ma’ familji Kristjani fil-kapitali Lebaniża, Bejrut. Din il-komunità għadha kemm tilfet kważi kollox meta seħħet l-isplużjoni devastanti tal-4 ta ‘Awwissu 2020, li ġrat eżatt ħdejn il-kwartieri tal-belt fejn jgħixu u jaħdmu ħafna Kristjani.
Dan il-Milied, l-ACN qed tissuġġerixxi li kull familja żżid siġġu simboliku madwar il-mejda tal-Milied u tagħti donazzjoni lil ACN. Din l-għotja tkun tammonta għal kemm dik il-familja tkun qed tippjana li tonfoq fuq persuna waħda biss għall-ikla tal-Milied. Min-naħa tagħha, l-ACN (Malta) tibgħat dawn il-flus lejn Bejrut it-Tlieta 1 ta’ Diċembru 2020.
Dan l-ikel, mixtri mil-flus li se jinġabru, se jitqassam qabel il-Milied. L-ACN tkun tista’ tipprovdi lil dawn il-familji foqra provvisti ta’ ikel essenzjali fosthom ross, laħam tal-priserv, żejt għat-tisjir, dqiq, affarijiet essenzjali oħra u xi ħelu għat-tfal.Stephen Axisa, id-Direttur tal-ACN f’Malta saħaq li l-Milied hu żmien li nippruvaw inferrħu lil xulxin.
Biex tagħti donazzjoni:
- Tista’ tibgħat ċekk lil ACN (Malta) f’envelopp immarkat “Share your Christmas meal” bil-posta regolari fl-indirizz li ġej: ACN Malta, 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 (tel: 2148 7818)
- Tista tagħti donazzjoni permezz tal-websajt ta’ ACN (Malta): www.acnmalta.org/donate
- Tista’ tagħmel trasferiment bankarju: (APS Bank, Fergħa Attard), Aid to the Church in Need Malta Foundation, IBAN MT72APSB77057008577220001771733, Swift / Kodiċi BIC: APS BMT MT | Sort Code 77057