Il-Forzi Armati joħorġu għal bastiment ieħor ta’ immigranti

Immigranti jirrifjutaw għajnuna Malta dgħajsa
Arkivji

Bastiment ieħor b’31 immigrant abbord qiegħed viċin Malta u qed jitlob l-għajnuna tal-gvernijiet Ewropej, fosthom dak Malti. Fis-6pm, il-Forzi Armati ta’ Malta bdew it-tfittxija għall-post fejn l-aħħar deher il-bastiment.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ kelliem ta’ Alarm Phone, li sservi ta’ medjatur bejn dawk fil-bżonn u l-portijiet, li qal li 31 persuna qegħdin abbord dgħajsa li telqet mil-Libja lbieraħ. Fuq id-dgħajsa hemm 5 nisa, 17-il raġel u 9 itfal.

Iċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu fl-Italja qal lill-Alarm Phone li għandhom jikkuntattjaw liċ-Ċentru Malti, u dawn avżaw ukoll lill-bastiment biex joqrob lejn Malta.

L-Alarm Phone qalu li huma kkuntattjaw liċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu fl-Italja, li infurmahom li għal darb’oħra, huma l-gwardji tal-kosta Libjana li huma responsabbli għal dan il-bastiment, minkejja li hu eqreb fil-Mediterran tal-Italja.

Dan wara li aktar kmieni llum, daħal Malta l-bastiment Aquarius b’141 immigrant abbord.