Appell lill-awtoritajiet biex jinvestu aktar għall-ADHD

Hawn nuqqas kbir ta’ servizzi psikoloġiċi u servizzi oħrajn relatati mal-istat tas-Servizzzi tas-Saħħa Mentali f’Malta. Dan qalitu ADHD Malta, l-organizzazzjoni non-governattiva lokali li tagħti support lil dawk li għandhom l-ADHD.

F’ din l-istqarrija, ADHD Malta stqarret li hija żammet l’bogħod milli tilmenta fuq is-servizz sabiex ma tiddisturbax il-professjonisti li huma jistrieħu fuqhom. L-NGO qalet li is-servizz nazzjonali għal tfal u żgħażagħ (CYPS) qed topera bi pskioloġista waħda. Dan qed iwassal biex dawk li jkollhom bżonn dan is-servizz jqattgħu sentejn fuq il-waiting list, meta dianjożi pronta hija l-aħjar mod biex tgħin lit-tfal.

ADHD Malta sġjegat kif ADHD Malta għandha toffri servizzi ta’ dijanjożi u trattament għal dawn it-tfal, filwaqt li toffri servizz ta’ support u taħriġ għall-ġenituri. Huma spjegaw kif il-post ta CYPS bħalissa m’humiex adekwati.

L-NGO enfażizzat l-importanza ta’ pjan ta’ trattament b’modi differenti għall-ADHD. L-organizzazzjoni qalet li l-pazjenti għandu jkollhom aċċess għall-mediċini kollha li huma disponibbli f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej. Dan in-nuqqas, skont ADHD Malta, qed jkollu mpatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li għandhom l-ADHD, li jispiċċaw jiġu ttrattati b’mediċini ġeneriċi.

ADHD Malta ikkonkludiet billi qalet li hija tittama li l-awtoritajiet jagħrfu l-bżonnijiet ta’ pazjenti u jinvestu aktar fis-settur tas-Saħħa Mentali.