Appell: Jintilef kelb li kien joffri terapija lil tifel Għawdxi

Facebook - Animal Welfare

Familja mill-Munxar qed tappella għall-għajnuna biex issib il-kelb li ntilfilhom u li kien iservi bħala terapija għat-tifel.

Fuq Facebook, l-Animal Welfare ħeġġu għall-għajnuna biex jinstab Buttercup, li ntilef fil-Munxar stess u li għandu kullar b’ismu u ċċippjat.  In-numru taċ-ċippa huwa 642090000536957.

Min isib il-kelb jista’ jċempel fuq 79691717.

Facebook – Animal Welfare