Appell jekk tuża skateboard jew BMX

Il-kumpanija Rewind Productions, li twassal produzzjonijiet bħal Sorelle, F’Ġieħ L-Imħabba u Ħbieb u Għedewwa għadhom kif għamlu appell lil dawk li kużaw skateboard jew roti BMX.

Nhar is-Sibt li ġej fit-8 ta’ filgħodu se jkunu qed jiġbdu xena mis-sensiela ta’ kuljum Sorelle u qed jagħmlu sejħa għal dawk li għandhom età minn 16-il sena ‘l fuq biex jipparteċipaw f’xena li se jkunu qed jiffilmjaw minn din is-sensiela popolari.

Il-filming hu mistenni li jieħu madwar satejn.

Dawk kollha li huma interessati għandhom iċemplu jew jibgħatu messaġġ fuq 79808077. It-tim tal-produzzjoni jkun qiegħed jikkuntattjakom lura bid-dettalji dwar il-post se jkun qed isir il-filming.

Sorelle tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM fit-3pm b’ripetizzjoni dakinhar stress fil-11.25pm u l-għada fis-.6.15am. Il-puntati kollha jerġa’ jkollhom ripetizzjoni is-SIbt fuq TVM 2 mill-11am ‘il quddiem.