“L-edukaturi qed jagħmlu inizjattivi mill-aqwa” – #EverydayHeroes

Issa ċ-ċans tiegħek li tgħidilhom grazzi. #EverydayHeroes

Read in English.

Ta’ kuljum, persuni ordinarji jagħtu kontribut straordinarju lis-soċjetà, billi jwarrbu l-bżonnijiet tagħhom biex jgħinu lill-oħrajn. F’dawn iż-żminijiet tal-pandemija tal-coronavirus, jispikkaw fost l-oħrajn it-tobba, l-infermiera, il-carers, il-pulizija, l-uffiċjali tas-sanità, tal-protezzjoni ċivili, is-suldati, NGOs, ħaddiema li joffru servizzi tad-dawl u l-ilma, ħaddiema fis-supermarkets, dawk li jippreparaw u jqassmu l-ikel, u anke l-persuni li jqattgħu sigħat fuq it-telefown jisimgħu l-problemi tan-nies u jippruvaw jgħinuhom. Il-lista ma tispiċċa qatt.

Żgur li hemm iktar minn dawn.

Żgur li taf lil xi ħadd li bħalissa qed jagħmel iktar minn dak li hu mitlub jagħmel, u li qed jagħmel sagrifiċċji f’dan iż-żmien diffiċli. 

Żgur li taf b’xi Samaritan it-Tajjeb. 

Issa ċ-ċans tiegħek li tgħidilhom grazzi. #EverydayHeroes

X’tista’ tagħmel biex tinnominahom?

  • Ibgħatilna isem u kunjom u t-tip ta’ xogħol
  • Deskrizzjoni qasira dwarhom u għidilna għaliex taħseb li huma eroj – tista’ tibgħatilna filmat jew anki bil-kitba
  • Ibagħtilna link għall-profil tagħhom fuq Facebook (biex inkunu nistgħu nitteggjawhom)
  • Ibagħtilna ritratt u/jew filmat tagħhom waqt ix-xogħol

Dan tista’ tagħmlu billi tibgħatilna messaġġ fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook jew b’imejl fuq hero@newsbook.com.mt.  Newsbook.com.mt 103 Malta’s Heart jieħdu ħsieb il-kumplament.

Ir-ritratti u d-dettalji li tibgħatilna jittellgħu fuq Facebook ta’ Newsbook bil-hashtag #EverydayHeroes. Staqsi lil ħbiebek biex jagħmlu like lir-ritratt.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn