Appell ieħor lill-President

MLCP

Il-Fondazzjoni Gift of Life qed tappella lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sabiex tingħaqad magħha fil-ġlieda favur il-protezzjoni tal-embrijuni.
Il-Fondazzjoni saħqet li wara l-voti li ttieħdu fil-Parlament dwar l-emendi għall-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, il-Maltin jinsabu qalbhom maqtugħa.
L-emendi ġew approvati b’vot ta’ 36 favur u 29 kontra. L-Oppożizzjoni kollha vvutat kontra.
Il-Gift of Life qed titlob lill-President sabiex tirrapreżenta u tkun il-vuċi tal-membri fis-soċjetà li m’għandhomx vuċi, dawk li d-drittijiet tagħhom qed jintrifsu u li huma fil-qrib li tintilfilhom id-dinjità tagħhom.
Fl-istess ħin  talbet lill-poplu biex iżomm f’qalbu u f’moħħu lill-President.