Appell għat-talb għaż-żagħżugħ li kien involut f’inċident fis-Salini

Cesco Nitcotra
Facebook - Cesco Nicotra

Fuq il-midja soċjali qed isir appell kontinwu biex wieħed jitlob għaż-żagħżugħ li lbieraħ kien involuti f’inċident bil-mutur fi Triq is-Salini. Francesco Nicotra r-raġel ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien qiegħed isuq fid-direzzjoni minn Buġibba għal Triq il-Kosta meta tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma’ xi barriers.

Fost il-kitbiet li ttellgħu fuq Facebook kien hemm tan-nursery tal-futbol Qormi Eagles li magħha jilgħab Nicotra. Huma awgurawlu fejqan kemm jista’ jkun malajr kif ukoll wegħduh li se jżommuh fit-talb tagħhom.

Gws il player ta Qormi Eagles ejjew inaqadu mana nitolbu talba ghalih ghax ghandu bzonn it talb taghna. Gws francesco.

Posted by Qormi Eagles AFC on Sunday, October 11, 2020

Il-paġna fuq Facebook Social Channel f’kitba li tellgħet fuq il-paġna talbet lill-pubbliku biex jaqra t-talba ddedikata għall-fejqan ta’ Nicotra u jaqsmuha fuq il-profil tagħhom.

🙏🙏🙏🙏🙏Appell🙏🙏🙏🙏🙏Cesco Jinsab rikoverat l-isptar Wara incident ikrah Il-Hbieb u Familja Tieghu qedghin Jappellaw…

Posted by Social Channel on Monday, October 12, 2020