Appell għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej fir-Renju Unit wara Brexit

A EU supporter waves flags while other demonstrators march as parliament sits on a Saturday for the first time since the 1982 Falklands War, to discuss Brexit in London, Britain, October 19, 2019. REUTERS/Henry Nicholls

Read in English.

F’riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, saret sejħa biex jitniedu kampanji ta’ informazzjoni biex iħejju liċ-ċittadini Ewropej waqt li jħeġġeġ lill-gvernijiet fl-Istati Membri tal-UE27 biex jadottaw miżuri konsistenti u ġenerużi biex jipprovdu ċertezza legali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fit-territorju tagħhom.

Waqt id-dibattitu, il-libertà tal-moviment, it-tul tal-perjodu ta’ tranżizzjoni u l-limitazzjoni tal-ħsara għall-ħajja taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit kienu fil-qalba tad-dibattitu. 

Il-Parlament Ewropew enfasizza li huma meħtieġa assigurazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini biex ikun jista’ jgħati l-kunsens tiegħu għall-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. 

F’riżoluzzjoni adottata nhar l-Erbgħa, il-Membri tal-Parlament Ewropew ħadu kont tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-kuntest tal-Brexit u eenfasizzaw li l-kunsens tagħhom għall-Ftehim dwar il-Ħruġ se jqis “l-esperjenza miksuba u l-assigurazzjonijiet mogħtija” dwar il-protezzjoni tagħhom. 

Il-Parlament esprima tħassib speċjalment dwar l-proċess amministrattiv tar-Renju Unit fl-Iskema għall-ksib tal-istatus ta’ persuna stabbilita, in-nuqqas ta’ dokument fiżiku għall-applikanti li jirnexxu, u l-aċċessibbiltà tagħha, fost kwistjonijiet oħra.

It-test adottat jitlob li jitniedu kampanji ta’ informazzjoni biex iħejju liċ-ċittadini u jħeġġeġ lill-gvernijiet fl-Istati Membri tal-UE27 biex jadottaw miżuri konsistenti u ġenerużi biex jipprovdu ċertezza legali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fit-territorju tagħhom.

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b’610 voti favur, 29 kontra u 68 astensjoni wara dibattitu nhar it-Tlieta li ffoka l-aktar fuq il-futur tal-moviment liberu u l-limitazzjoni tal-impatt tal-Brexit fuq ħajjet iċ-ċittadini.