Appell għall-mandat ta’ arrest Ewropew għal Konrad Mizzi – Repubblika

Read in English.

L-għaqda Repubblika appellat lill-Pulizija f’Malta biex joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew biex Konrad Mizzi jinġieb lura Malta. Fi stqarrija, l-għaqda qalet li l-Membru Parlamentari Malti Konrad Mizzi qed jevita l-ġustizzja billi mar joqgħod fir-Renju Unit.

Il-membri ta’ Repubblika qalu li għandhom tħassib dwar il-motiv tal-eks Ministru biex jitlaq minn Malta waqt li huwa Membru Parlamentari.

Saħqu li jissusspettaw li hemm xi forma ta’ arranġament bejn Konrad Mizzi u min qed jipproteġih biex l-arrest tiegħu jiġu pospost għal wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u possibbilment il-mandat ta’ arrest Ewropew ma jibqax validu.

Repubblika qalet li r-riżenja tiegħu minn Ministru ma kinitx biżżejjed u għandu jwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih. Stqarru wkoll li “t-tkaxkir tas-saqajn m’għandu ebda ġustifikazzjoni”.

L-istqarrija ttemm tgħid li “Konrad Mizzi, bħal fuq kollox Keith Schembri, ilu jevita l-ġustizzja mill-bidu tal-2016” meta ġew żvelati d-dettalji dwarhom fil-Panama Papers. Stqarru li jekk il-gvern irid isewwi r-reputazzjoni ta’ Malta għandu juri li mhux qed jiggarantixxi impunità għal Konrad Mizzi, għal Keith Schembri u oħrajn bħall-eks Prim Ministru Joseph Muscat.