Appell għall-ħwejjeġ għall-pazjenti ta’ Monte Karmeli

DOI - Omar Camilleri

Il-President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace qal li hemm bżonn ta’ ħwejjeġ tax-xitwa għall-pazjenti ta’ Monte Karmeli.

Skont ma kiteb Pace fuq Facebook, il-pazjenti ta’ Sala 2 fl-isptar f’Ħ’Attard jeħtieġu l-ħwejjeġ tax-xitwa, kemm in-nisa, kif ukoll l-irġiel.

Apparti dan, hemm bżonn ukoll tiżjin tal-Milied sabiex tinħoloq daqsxejn atmosfera festeġġjanti.

Id-donazzjonijiet jistgħu jittieħdu l-Isptar Monte Karmeli stess.

Your Christmas Spirit being requested in Admission Ward 2 Mt. Carmel Hospital were winter clothes for male and female…

Posted by Paul Pace on Friday, November 13, 2020