Appell għall-ħajjata biex jagħmlu l-maskri

MOAS Malta, l-għaqda li taħdem mal-imigranti għamlet appell għall-ħajjata biex jagħtu sehmhom fil-produzzjoni ta’ maskri. Dawn il-maskri se jmorru għall-komunitajiet vulnerabbli ta’ refuġjati u dawk li qed ifittxu l-ażil f’Malta.

Biex wieħed jagħti sehmu jista’ jibgħat imejl fuq info@moas.eu u jikkommetti li jipproduċi tal-inqas 50 maskra tul dawn il-ġimgħat li ġejjin. MOAS qalet li se tipprovdi s-sapport permezz ta’ materjal u disinn lil dawk li għandhom il-ħin u t-talent b’mod volontarju.