Appell għall-għajnuna wara li serqulhom il-kelba minn quddiem id-dar

Żagħżugħ qed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li aktar kmieni llum  serqulhom il-kelba tal-familja.

Skont iż-żagħżugħ il-kelba ta’ lewn iswed allegatament insterqet minn quddiem ir-residenza stess f’Ħaż-Żabbar ftit wara nofsinhar. Il-kelba ilha mal-familja għal 15-il sena.

Sidha stqarr li jekk ma tinstabx il-kelba tista’ tmut b’qalb maqsuma. Jekk xi ħadd jara l-kelba għandu jagħmel kuntatt fuq 99964296.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=131900241045185&set=a.107824800119396.1073741828.100026756287681&type=3&theater