Aġġornata: Ġaża tinsab f’kundizzjoni kritika – Ban Ki-moon

Is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li Gaża tinsab f’kundizzjoni kritika, u li l-vjolenza għandha tieqaf f’isem l-umanità.
Is-Segretarju Ġenerali Ban Ki-moon qal dan waqt laqgħa f’New York wara ż-żjara tiegħu f’Gaża.

Aktar kmieni:
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda talab għall-waqfien immedjata tal-ġlied f’Gaza.
Il-Kunsill qabel mal-istqarrija tar-Rwanda li qed titlob il-waqfien mill-ġlied u tkomplija tal-laqgħat għall-paċi bejn iż-żewġ naħat flimkien mal-Gvern Eġizzjan.
Matul il-jum tal-Ħadd, is-suldati Iżraeljani u l-militanti Palestinjani komplew bl-offensivi tagħhom għalkemm kien hemm qbil ta’ waqfien mill-ġlied għal 24 siegħa.
Aktar minn 1,030 Palestinjan kif ukoll 43 suldat Iżraeljan inqatlu waqt il-ġlied.
Mill-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jidher li 86.5% tal-Iżraeljani jaqblu mad-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu waqt dan il-kunflitt ġdid.
Dan l-istħarriġ sar mill-Jerusalem Post u ftit aktar minn 9% tal-Iżraeljani jixtiequ l-paċi.