Appell għal strateġija nazzjonali għall-kura mentali

L-Alleanza għas-Saħħa Mentali (A4MH) appellat għal strateġija nazzjonali li tinkludi tibdil f’kif għandha tingħata l-kura tas-saħħa mentali. L-A4MH saħqet li l-istrateġija nazzjonali m’għandhiex tiffoka biss fuq is-sottituzzjoni tal-isptar psikjatrika.
L-Alleanza sostniet li huma għandhom ikunu parti mit-tfassil tal-istrateġija nazzjonali tas-settur tas-saħħa mentali, hekk kif jirrappreżentaw firxa wiesgħa minn rappreżentanti ta’ pazjenti sa professjonijisti fil-qasam.
Huma sostnew li l-pjan għandu jkun wieħed olistiku fejn għandu jkun hemm ukoll kura fil-kommunità u servizzi kritiċi. Saħqu wkoll li għandu jkun hemm finanzjament adegwat.
L-A4MH temmen li l-għan tas-servizzi tas-saħħa mentali nazzjonali għandu jkun adegwat biex jipprevjeni kemm jista' jkun il-mard mentali b’aċċess għall-kura fl-iskejjel, id-djar u ċentri tal-komunità.  Fi kliemhom l-aħħar ħaġa f’każi bħal dawn, għandha tkun li wieħed jiddaħħal l-isptar. 
Il-Ħadd li għadda pazjent f'Monte Karmeli żgassa tieqa minn kamra tal-banju u allegament ħarab. Huwa nstab mejjet.