Appell għal iktar assistenza legali fid-drittijiet tal-bniedem

L-NGO Aditus qed tappella għal iktar miżuri favur assistenza legali fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Filwaqt li ħabbret il-pubblikazzjoni ta' rapport li jipproponi proprju dan, Aditus qalet li ftit li xejn isiru rapporti fuq il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Qalet li l-esperjenza turi li hemm diversi raġunijiet għal dan, b'mod partikolari iżda, in-nuqqas ta' assistenza legali għal dawn il-vittmi.
Permezz ta' dan ir-rapport, Aditus qed tinkoraġixxi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' assistenza legali iktar effettiva li tassigura li l-Maltin igawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom.
Ir-rapport se jitnieda għada, waqt seminar li se jibda fid-9.30am.