Appell għal demm A Positive jew O Negative

Wara l-appell li sar fi żmien Santa Marija biex kull min jista’ jagħti d-demm is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li kienu ħafna li rrikorrew biex jagħmlu dan. Madankollu spjegaw li għadd hemm bżonn aktar għotjiet ta’ demm biex ikunu jistgħu jleħħqu mad-domanda attwali.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm li kull min jista’ jagħti d-demm jagħmel dan, l-aktar dawk li għandhom demm A positive jew O negative. Kull min jixtieq jagħti d-demm jista’ jagħmel dan billi jmur:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li l-Ħadd 25 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm se ikun maġenb il-knisja parrokkjali ta’ Wied il-Għajn.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li t-Tlieta 27 t’Awwissu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.