Appell għad-donazzjonijiet tal-ikel għall-anzjani f’The Little Sisters of the Poor

Facebook

Is-sorijiet ta’ The Little Sisters of the Poor fil-Ħamrun li jieħdu ħsieb l-anzjani jeħtieġu donazzjonijiet ta’ ikel għar-residenti tagħhom.

Fuq Facebook, il-qassis Gordon Refalo spjega li dawn is-sorijiet li jieħdu ħsieb lil anzjani ta’ 80 sena, għandhom bżonn urġenti ta’ butir, juices, ġobon, perżut, kafè, ċereali u ross.

Min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ jixtri l-ikel u jmur direttament bih fil-Ħamrun, inkella jista’ jibgħat donazzjoni lil Fr Gordon Refalo fuq Revolut fuq in-numru 99863657.

The Little Sisters of the Poor in Hamrun, who look after 80 old residents, urgently need butter, juices, cheese, ham,…

Posted by Gordon Refalo on Monday, August 10, 2020