Appell għad-demm O Positive

Iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell għad-demm O Positive peress li hawn bżonn tiegħu bħalissa.

F’kitba fuq Facebook, iċ-Ċentru qal li dan se jikkawża problemi biex il-pazjenti jiġu kkurati mingħajr dewmien.

Hawn ħafna nuqqas ta' Demm O POS u bla dubju ser ikun hemm problemi biex il-pajzjenti jiġi ikkurat mingħajr dewmin. Min jista' jiġi jekk jogħġobkom ejjew mil-aktar fis possibli. Grazzi ħafna

Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Sunday, January 12, 2020

Huma appellaw biex min jista’ jagħti d-demm, imur mill-iżjed fis possibbli.

Fil-jiem li ġejjin, tista’ tagħti d-demm:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8am sas-6pm.
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 12 ta’ Jannar se jkun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan. Se jkun hemmhekk mit-8.30am sas-1pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija nhar it-Tlieta 14 ta’ Jannar, mis-1pm sal-5pm.