Appell għad-Demm O-Negative

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella li ċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm għandu bżonn id-demm O-negative.

Filwaqt li rringrazzja lil kull min fl-aħħar jiem inpenja ruħu biex ir-riserva tad-demm reġgħet ġiet għal-livell normali qed jitlob għal dan it-tip ta’ demm.

Il-kawża għal dan in-nuqqas hi attribwita għad-domanda qawwija minn għadd ta’ pazjenti, inkluż tfal żgħar, li bħala kura għandhom bżonn trasfużjonijiet b’mod regolari u għal tul ta’ żmien.

Għaldaqstant qed isir dan l-appell għal aktar donaturi ġodda, partikolarment dawk li jafu li għandhom demm tal-grupp O-negative.