Appell għad-demm fil-Jum Internazzjonali tal-Irġiel

Għada l-Ħamis 19 ta’ Novembru, bħal kull sena, għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja ser jikkommemoraw il-Jum Internazzjonli tal-Irġiel. Wieħed mill-għanijiet prinċipali għalxiex dan il-jum jiġi ċċelebrat hu biex l-irġiel ikunu iktar konxji tal-bżonn li jieħdu ħsieb saħħithom b’mod ħolistiku, iktar u iktar tul dan ix-xahar marbut ukoll mal-għarfien u l-prevenzjoni tal-kanċer fis-sistema riproduttiva tal-irġiel. Għal din l-okkażjoni s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jawgura jum mill-isbaħ lill-irġiel kollha partikolarment dawk donaturi li jikkontribwixxu għal 66% tad-donazzjonijiet tad-demm li jsiru f’pajjiżna.

Intant dawk kollha li jgawdu saħħithom (inkluż in-nisa) huma mħeġġa jagħtu d-demm b’risq l-irġiel li qed jiġu rikoverati fl-isptarijet tagħna.

L-għoti tad-demm għandu jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  
  • fil-mobile blood donation unit li nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru ser ikun fil-parkeġġ tal-Villaġġ Kummerċjali, PAMA, Il-Mosta. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru ser ikun quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’ Andrija, Ħaż-Żabbar. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti!

Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Kull min ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. 

Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.