Appell biex l-iPhones ma jkunux manifatturati fiċ-Ċina

Il-kumpanija Qualcomm fetħet każ il-Qorti biex l-iPhones ma jibqgħux jiġu manufatturati u mibjugħa  fiċ-Ċina.
Qualcomm fetħet il-każ f’Beijing fil-qorti tal-propjetà, fejn allegat li Apple qed tikser u tikkopja l-materjal u propjetà tagħha.
Apple bħalissa tinsab f’battalja legali globali kontra Qualcomm hekk kif din tal-aħħar dejjem tieħu persentaġġ tal-profitt totali mill-iPhones u apparat ieħor tal-Apple bħala miżata ta’ liċenzjar għall-propjetà intelletwali.